Irridu li kulħadd juża Airbnb mingħajr diskriminazzjoni. Għalhekk neħtieġu li kulħadd jimxi mal-Politika ta' Nondiskriminazzjoni tagħna u jaqbel mal-Impenn tal-Komunità tagħna, li jeħtieġ li kull min juża Airbnb iġib ma' ħaddieħor b'rispett u mingħajr ġudizzju jew preġudizzju.
Ċaħda tas-servizz jew trattament differenti: In-nies li jużaw Airbnb ma jistgħux iġibu ruħhom b'mod differenti ma' ħaddieħor jew jiċħdu s-servizz lil xi ħadd minħabba karatteristika protetta jew il-perċezzjoni li għandhom karatteristika protetta – dawn jinkludu karatteristiċi bħar-razza, ir-reliġjon, l-oriġini nazzjonali, l-etniċità, id-diżabbiltà, is-sess, il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, il-kasta jew l-età.
Kliem diskriminatorju: In-nies li jużaw Airbnb ma jistgħux jużaw kliem li jħeġġeġ għall-esklużjoni, is-segregazzjoni jew il-vjolenza kontra ħaddieħor minħabba karatteristiċi protetti. Huwa pprojbit ukoll li tnaqqas lil xi ħadd, tinsulta lil xi ħadd, toħloq sterjotipi dwar xi ħadd jew tissuġġerixxi li xi ħadd huwa inferjuri minħabba karatteristika protetta. Dan jinkludi l-użu ta' insulti, assoċjazzjonijiet negattivi, il-fatt li persuna titkellem bħala persuna tal-ġeneru oppost għal dak li hija fil-verità jew li persuna titkellem bħala persuna tal-ġeneru li kienet qabel ma bdiet il-proċess ta' tranżizzjoni, mikroaggressjonijiet (li huma bbażati fuq sterjotipi soċjetali marbuta ma' karatteristiċi protetti) u kliem ta' mibegħda.
Simboli, stampi u oġġetti li jxerrdu l-mibegħda u li jiddiskriminaw: In-nies li jużaw Airbnb ma jistgħux juru simboli, oġġetti, logos, slogans jew stampi li jxerrdu l-mibegħda, li jistereotipaw lin-nies minħabba karatteristika protetta jew li jwasslu messaġġ diskriminatorju. Dawn jinkludu stampi li juru simboli diskriminatorji jew razzisti jew mexxejja ta' gruppi ta' mibegħda.
Tista' taqra iktar dwar kull waħda minn dawn ta' hawn fuq, kif ukoll dwar il-konsegwenzi għall-ksur, fil-Politika ta' Nondiskriminazzjoni tagħna.
Aħna nieħdu r-rapporti dwar id-diskriminazzjoni bis-serjetà. Jekk tara jew tesperjenza mġiba li tmur kontra l-Politika ta' Nondiskriminazzjoni tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattjana.